Lokali

“Bosta nisa mhux iħossuhom protetti biżżejjed” – Kummissjoni tal-Vjolenza Domestika

Fid-dawl tal-omiċidju ta’ mara oħra.. din id-darba ta’ Chantelle Chetcuti… il-Kummissjoni tal-Vjolenza Domestika u diversi NGO’s ltaqgħu mal-Ministru tal-Ġustizzju Edward Zammit Lewis sabiex iqajmu kuxjenza dwar dan kollu.

Huma saħqu li ħafna nisa mhux qed iħossuhom protetti biżżejjed. Għalkemm in-nisa li jkun għaddejjin minn vjolenza domestika qed imorru jirrapportaw.. xorta qed jispiċċaw maqtula. Il-Liġi li qed tintuża f’dan ir-rigward hija waħda patrijarka, għalhekk ħadna nisa qed jispiċċaw jitilfu t-tama fl-istituzzjonijiet wkoll.

Għalhekk hemm bżonn li la jinħelix iktar itkar ħin f’diskussjonijiet iżda jittieħdu azzjonijiet immedjati f’dawn ir-rigward u dawn is-sitwazzjonijet jibdew jittieħdu iktar bis-serjeta biex jiġu evitati iktar mwiet.

Min-naħa tiegħu l-Ministu Edward Zammit Lewis ammetta li min-naħa tal-Gvern hemm bżonn li jsir iktar xogħol. Fid-dawl ta’ dan l-omiċidju xokkanti hemm bżonn li jinfetaħ djalogu iktar wiesgħa mas-soċjeta ċivili biex issir ħidma iktar sfieqa.

Hemm bżonn li l-istudenti sa minn eta żgħira ikunu edukati dwar dawn is-sitwazzjonijiet filwaqt li ssir iktar ħidma fil-Korp tal-Pulizija sabiex ikunu iktar preparata meta jkunu affaċjati b’sitwazzjonijiet ta’ vjolenza domestika.

Finalment huwa importanti li bisa bħal Chantelle, li qed isibu l-kuraġġ u jitkellmu fuq is-sitwazzjoni li jkunu għaddejjin minnha… ma jispiċċawz fl-istess stat li spiċċat fih din l-omm żagħżaugħa.