Lokali Temp

Ġejjin jiem ta’ ksieħ u riefnu

Il-jumejn li gejjin se jgibu maghhom rih qawwi…u temperaturi aktar baxxi.

Skont it-tbassit tat-temp, ir-rih mistenni jlahhaq sahha ta’ Forza 6 ghal 7. It-temperaturi se jinzlu ghal madwar 6 gradi Celcius.

Ir-rih qawwi mistenni jippersiti sal-Hamis, biex imbghad fi tmiem il-gimgha t-temp mistenni jkun ferm ahjar….bir-rih inaqqas mis-sahha tieghu.

Dawn il-kundizzjonijiet meterjologici resqin ghal fuq pajjizna wara li fl-ahhar sighat diversi partijiet tal-Italja gew milquta direttament mill-maltemp. Affetwati l-aktar il-villaggi u l-ibliet ta’ mal-kosta, kif ukoll il-gzejjer Taljani…inkluz Sardegna.

Kawza ta’ din is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet Taljani hargu numru ta’ twissijiet….filwaqt li bliet bhal Genova ghalqu diversi spazji pubblici. Ir-rih affetwa ukoll is-servizz tal-ferrovija, minhabba li diversi oggetti u sigar spiccaw fuq il-linji.

Intant, is-servizz tal-Katamaran bejn Malta u Sqallija se jkun sospiz ghal matul il-gurnata tal-Erbgha. Minflok, il-kumpanija li topera s-servizz se tkun qed topera servizzi addizzjonali il-Hamis…minn Pozzallo fil-11am, u minn Malta fis-6pm.