Lokali

Il-Jum Dinji tal-Kanċer – “jum li jfakkar il-qlubija ta’ min iġġieled din il-marda qerrieda”

L-4 ta’ Frar hu mfakkar madwar id-dinja bħala l-jum iddedikat għall-ġlieda kontra l-kanċer b’impenn internazzjonali biex miljuni ta’ mwiet jiġu evitat permezz taż-żieda fl-għarfien u l-edukazzjoni dwar din il-marda qerrieda.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan hu jum li jfakkarna fil-kuraġġ ta’ dawk li għelbu din il-marda, dawk għadhom jiġġildulha u wkoll dawk li tilfu ħajjithom.

“Ejjew nonoraw il-qlubija tagħhom billi nwegħdu ġlieda lil din il-marda terribbli, bil-mezzi u r-riżorsi kollha tagħna,” iddikjara Adrian Delia.

F’din l-okkażjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għażel li jqatta’ l-għodwa tat-Tlieta flimkien mal-Hospice Malta. Din l-għaqda mhux governattiva hi ddedikata għall-kura paljattiva li toffri lil persuni li jsofru mill-kanċer jew mard newroloġiku.