Internazzjonali

IL-VOT F’IOWA: Pete Buttigieg “pożittiv”, fost kaos fil-ħruġ tar-riżultat uffiċjali

Il-kandidat Demokratiku Pete Buttigieg jemmen li l-vot f’Iowa “ixxokja nazzjon”. Dan hekk kif sa dalgħodu kien għadu ma ħariġx ir-riżultat uffiċjali mill-ewwel votazzjoni biex jintgħażel il-kandidat Presidenzjali tal-Partit Demokratiku Amerikan.

Meta indirizza lis-sostenituri tiegħu, Buttigieg qal li se jmur għat-tieni vot fi New Hampshire bħala “rebbieħ”.

“Ir-riżultat ma nafuhx eżatt, imma li hu żgur hu li Iowa ixxokja nazzjon sħiħ”, qal il-kandidat ta’ dixxendenza Maltija.

Bernie Sanders qed jgħid li hu ġie l-ewwel f’din il-votazzjoni, bl-exit polls ipoġġu lil Buttigieg it-tieni. Għalkemm sat 8:30am (ħin ta’ Malta) xejn ma kien uffiċjali.