Lokali Qorti

Immultat €1,200 wara li ammetta moħqrija fuq kelb

Neville Abela ta’ 34 sena mill-Marsa ġie mmultat €1,200 mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech wara li ammetta li kkommetta moħqrija fuq kelb li kien jgħix fir-residenza tiegħu.

Huwa ammetta li fis-17 ta’ Mejju tal-2018 u qabel ġiegħel lill-annimal isofri uġiegħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn, u dan bi ksur tal-liġi. Fil-fatt meta saru l-ispezzjonijiet is-sezzjoni tal-annimal welfare, sabu lill-kelb għadma u ġilda u li ma kienx qed jingħata ikel u kura.

Huwa ammetta wkoll li fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi żamm jew a annimal mingħajr ma kien responsabbli għat-trattament xieraq tagħhom, u li ma ħax dawk il-passi raġonevoli f’kull ċirkostanza sabiex jiżgura li l-ħtiġijiet ta’ annimal li kien responsabbli għalih ma jkunx maħqur.

Dwar il-piena l-Qorti kkunsidrat in-natura tar-reati li dwarhom qed
tinstab ħtija, tal-ammissjoni ferm bikrija tiegħu, tal-kondotta mżewqa
tiegħu w taċ-ċirkostanzi l-oħra tal-każ, partikolarment tal-fatt li r-reat seħħ
kważi sentejn ilu. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Wayne Camilleri.