Futbol Sport

Iż-żgħażagħ ta’ Liverpool jgħaddu mal-aħħar 16 tal-FA Cup

(Ritratt: EPA)

Liverpool komplew jirbħu b’rebħa ta’ 1-0 kontra t-tim ta’ League 1 Shrewsbury Town f’Anfield. Iżda din ir-rebħa hi speċjali aktar mill-ħafna li kellhom f’dan l-istaġun hekk kif it-tim kien magħmul mill-plejers ta’ taħt it-23 sena. It-tim kien imexxi minn Neil Critchley fl-assenza ta’ Jurgen Klopp li għażel li ma jkunx preżenti. It-tim kellu età medja ta’ 19-il sena u 102 ġurnata.

Il-gowl deċiżiv wasal kwarta mit-tmiem meta minn ballun fit-tul ta’ Neco Williams, Ro-Shaun Williams spiċċa għeleb lill-gowlkiper tiegħu stess b’daqqa ta’ ras. Fil-fażi li jmiss jilagħbu kontra Chelsea.

FA Cup

Ir-Raba’ RawndReplay

Birmingham v Coventry 2-2 (Birmingham jirbħu 4-1 bil-penalties)

Cardiff v Reading 3-3 (Reading jirbħu 4-1 bil-penalties)

Derby County v Northampton 4-2

Liverpool v Shrewsbury 1-0

Oxford v Newcastle 2-3 (wara l-ħin barrani)

Għada: Tottenham v Southampton 8.45pm

Tags