Lokali

Jeħtieġ azzjoni mmedjata dwar l-isfidi fin-naħa t’isfel ta’ Malta

– Hermann Schiavone, PN

Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone insista li għandhom jttieħdu azzjonijiet immedjati dwar problemi u sfidi ambjentali u soċjali fin-naħa t’isfel ta’ Malta.

Hermann Schiavone tkellem dwar l-isfidi ambjentali għandu n-nofsinhar ta’ Malta fejn hemm konċentrazzjoni kbira ta’ initsiji f’Ħal Far u Bulebel, hemm żewġ power station li waħda minnhom dan l-aħħar reġgħet inxtgħelet fil-Marsa, il-port ħieles u l-impjant tal-fuel fil-Qajjenza. Dawn qed joħolqu tbatija fuq il-popli taż-żona fosthom bl-irwejjaħ li joħorġu mill-impjant tal-Qajjenza.

Hu tkellem dwar il-kwalità tal-arja u qal li fil-Port il-Kbir se jsir investiment ta’ €50 miljun biex isir shore to ship supply biex titnaqqas l-emissjonijiet b’90% sal-2023. Hu qal li dan l-investiment mhux isir fin-naħa t’isfel ta’ Malta u appella biex dan l-investiment isir ukoll fil-port ħieles, li hu wkoll sors kbir ta’ tniġġiż anki ta’ storbju.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm ukoll sfida bis-sigurtà u l-immigrazzjoni fejn f’Wied il-Għajn jirriżulta li hemm reġistrati 621 Brittaniku, 964 Taljan, 92 Albaniż, 44 Brażiljan, 133 Indjan, 219 Serb u 78 Sirjan. Dan ma fih xejn ħażin iżda raħal b’kulturi daqshekk differenti għandhom iġibu rikonoxximent mill-gvern biex jassigura li l-ħajja f’dawn l-irħula tibqa’ għaddejja b’mod normali fis-sigurtà. Fin-naħa t’isfel ta’ Malta, tul l-aħħar sena kienu rapportati.

Jirriżulta li fl-2019 kienu rapportati 166 serqa f’Birżebbuġa, 156 serqa f’Wied il-Għajn u tliet serqiet biss fiż-Żejtun.

Hu qal li fiż-Żejtun hemm għassa tal-pulizija armata tajba filwaqt li f’Wied il-Għajn u f’Birżebbuġa hemm, il-pulizija mhux ilaħħqu. Hemm ukoll konċentrazzjoni kbira ta’ problemi soċjali fejn fiż-żona hemm talbiet kbar għal akkomodazzjoni soċjali. Għad hemm persuni li jgħixu fil-garaxxijiet u f’kundizzjonijiet mhux aċċettabbli.

Hermann Schiavone tkellem dwar l-isfida tal-edukazzjoni u qal li jirriżulta li fin-naħa t’isfel hemm l-ikbar rata ta’ illitteriżmu u l-inqas nies li jkomplu jistudjaw.