Internazzjonali

Aktar minn 430 persuna jmutu b’kawża tal-Coronavirus

Tkompli l-kriżi tal-Coronavirus hekk kif issa hemm ‘il fuq minn 20,000 każ ikkonfermat fiċ-Ċina, b’431 imutu mill-effetti tiegħu f’dan il-pajjiż. Barra ċ-Ċina hemm ‘il fuq minn 150 każ ikkonfermat tal-coronavirus – b’mewta waħda tkun ikkonfermata fi tmiem il-ġimgħa ġewwa l-Filippini.

Dan il-virus jikkaġuna infezzjoni akuta fis-sistema tan-nifs tal-bniedem, bis-sintomi jinkludu deni u sogħla qawwija.

L-Istati Uniti, jiem ilu, ordnat it-tluq tal-istaff kollu Amerikan mill-belt ta’ Wuhan – l-epiċentru tal-virus – u li tinsab fil-provinċja Ċiniża ta’ Hubei. Kull ċittadin Amerikan li kien qed jgħix għal żmien fil-provinċja ta’ Hubei se jkun suġġett għal 14-il jum ta’ kwarantina ladarba jirritorna fl-Istati Uniti.