Lokali

Kwistjoni li trid tkun trattata mill-iktar fis

Il-fondazzjoni St Jeanne Antide, it-Tlieta filgħaxija għamlet protesta quddiem il-Parlament… protesta li  ssegwi l-każ tal-Ħadd filgħaxija fejn Chantelle Chetcuti inqatlet b’daqqiet ta’ sikkina f’rasha mill-eks sieħeb tagħha li huwa wkoll missier taż-żewġ uliedha.

In-nies li attendew għal din il-protesa libsu lbies aħmar, iswed jew oranġjo.

Attivisti spjegaw li l-protesta saret quddiem il-Parlament għaliex din il-problema nazzjonali hija wkoll il-problema tal-politiċi li għandhom id-dmir jindirizzaw din il-problema u jipproteġu lin-nisa’.

Huma saħqu li hemm bżonn li l-Gvern jaħdem iktar biex il-vittmi li jitkellmu dwar dan li jkunu għaddejjin minnu, ma jispiċċawx kif spiċċat Chantelle. Il-Gvern għamel tibdil fil-liġi li kompla joħloq iktar barrieri għal dawk li jottjenu protezzjoni temporanja.

Dan qed ipoġġi lill-vittmi f’riskju akbar għax qed jintbagħat messaġġ li l-ħajja tagħhom mhiex importanti biżżejjed biex tkun protetta. Ħafna oħrajn, ma jħossux li l-istat se jipproteġihom ladarba jibdew proċeduri fil-Qorti.

Huma sostnew li jinsabu rrabjati għall-Gvern li mhux qed ikun responsabbli biżżejjed sabiex jiżgura li dawn in-nisa jkollhom il-protezzjoni meħtieġa.

Finalment il-Fondazzjoni tisħaq li din il-kwistjoni għandha tkun trattata mill-iktar fiss, fejn il-Gvern għandu josserva l-obligazzjonijiet tiegħu definita fil-Konvenzjoni ta’ Istanbul biex ikun żgurat li t-tfal u n-nisa jkunu protetti mill-vjolenza domestika.