Lokali

Mewġa sħiħa ta’ kundanna għall-qtil ta’ Chantelle Chetcuti: il-funeral se jsir is-Sibt

L-aggressur tressaq il-Qorti llum

Il-funeral ta’ Chantelle se jsir nhar is-Sibt li ġej fil-Knisja ta’ Għajn Dwieli f’Raħal Ġdid fit-8 ta’ filgħodu.

Hekk kif ilbieraħ filgħaxija ġriet l-aħbar li Chantelle Chetcuti tilfet il-ġlieda tagħha mal-mewt… mal-ewwel kien hemm mewġa sħiħa ta’ nies li kkundannaw dan il-qtil.

Filfatt divers nies li jinsabu xxukkjat bl-aħbar tal-mewt ta’ Chantelle, li l-Ħadd li għadda nqatlet b’mod burtali mill-eks sieħeb tagħha, qed ibidlu r-ritatt tal-profil tagħhom fuq facebook b’turija ta’ solidarjetà ma’ din l-omm żagħżugħa.

Akkademiċi, avukati, opnjonisti, NGO’s… kollha kelma waħda… kundanna sħiħa għal dan il-qtil ta’ omm ta’ żewġt itfal.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, filwaqt li sellem il-memorja ta’ Chantelle, saħaq li hemm bżonn li l-Awtoritajiet jużaw ir-riżorsi neċessarji kollha sabiex titnaqqas il-vjolenza domestika.

Il-fondazzjoni Marcy li tqajjem kuxjenza dwar suġġetti ta’ stigma fosthom il-vjolenza domestika, ukoll ikkundannat dan il-qtil… fejn fost oħrajn għamlet lista tan-nisa li kienu vittmi ta’ omoċidju f’dawn l-aħħar 42 sena… total ta’ 32 mara. Bl-aħħar każ imur lura għal Settembru tal-2018 meta Maria Lourdes Agius kienet instabet mejta fir-residenza tagħha f’Raħal Ġdid fejn mill-awtopsja kien ħareġ li hi mietet fgata mis-sieħeb tagħha.

Min-naħa tagħha l-Fondazzjoni Sebħ appellat għal ħidma sħiħa bejn l-Istat u l-NGOs lokali kif ukoll korpi internazzjonali sabiex tkun indirizzata l-problema. Il-qtil ta’ ‘mara’ għaliex hija mara mhix aċċettabbli u għalhekk għandha tittiħed azzjoni immedjata minn dawk kollha involuti.