Lokali

Parti minn binja tikkollassa f’Ħal Balzan

Jidher illi parti minn bini f’Ħal Balzan ikkollassa, b’riżultat li biċċiet tal-bini niżel għal fuq il-bankina li seta’ jipperikola ħajjet min kien għaddej.

Fortunatament, jidher illi ma weġġa’ ħadd kaġun tal-inċident.

Is-sit Lovin’ Malta rrapurtat illi xi wħud mir-residenti qed jibżgħu li jisfronda xi ħajt ieħor fil-viċinanzi b’effetti diretti li dan l-inċident jista’ jikkaġuna

Bħalissa ż-żona fejn ċediet parti mill-binja hija magħluqa b’tape tal-Pulizija.