Lokali

Vettura bi pjanċi Maltin taħbat fl-Italja … is-sewwieq kien fis-sakra

Sewwieq ta’ 40 sena li kien qed isuq vettura tat-tip Mercedes bi pjanċi tar-reġistrazzjoni Maltin, ħelisha ħafif f’inċident f’Vittoria, l-Italja.

Mal-wasla tagħhom fil-post, il-Pulizija għamlulu t-test tal-alkoħol u sabu li kellu livell ta’ alkoħol tliet darbiet ogħla mil-limitu stipulat bil-liġi.

Fortunatament jidher li r-raġel, li kien qed isuq vettura deskritta bħala waħda b’ċilindrata għolja, ma weġġax f’dan l-inċident.

L-ewwel indikazzjonijiet huma li s-sewwieq, għalkemm kien qed isuq vettura rreġistrata f’Malta, hu Taljan. Hu mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.