Internazzjonali

Bodyguard tal-eks PM Cameron joħloq paniku fuq titjira meta jinsa pistola fit-toilet

Bodyguard tal-eks Prim Ministru tar-Renju Unit David Cameron jinsab investigat wara li nesa l-arma tiegħu fit-toilet ta’ ajruplan. L-inċident seħħ it-Tnejn waqt titjira ta’ British Airways minn New York għal Londra.

Kien passiġġier li sab l-arma, pistola t-tip Glock, fit-toilet tal-ajruplan flimkien ma’ żewġ passaporti; ta’ David Cameron u tal-uffiċjal innifsu. Il-passiġġier ġibed l-attenzjoni tal-istaff tal-ajruplan u għaddielhom l-oġġetti.

Pistola tat-tip Glock 17 bħal dik li allegatament instabet fuq l-ajruplan

Eks Prim Ministri tar-Renju Unit huma intitolat għal protezzjoni mill-Metropolitan Police. Kelliem għall-pulizija tar-Renju Unit ikkonferma l-inċident u qal li l-pulizija in kwistjoni jinsab sospiż sakemm issir investigazzjoni.

Bodyguards u uffiċjali ta’ protezzjoni li jkunu qed jivvjaġġjaw ma’ kapijiet ta’ stat normalment jitħallew jivvjaġġjaw armati. Iżda dan l-inċident qajjem tħassib li kieku kienet persuna b’intenzjonijiet ħżiena li sabet l-arma.

Ikkummenta