Bulgaru ta’ 43 sena residenti Birkirkara sofra ġrieħi gravi wara inċident, f’sit ta’ kostruzzjoni, li seħħ waranofsinhar.
Kien għall-ħabta tas-12.40pm x’ħin il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Mater Boni Consili, il-Fgura.
Immedjatament il-Pulizija marru fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-riħ kien waqqa’ xi ġebel fuq ir-raġel. Fil-post issejħet ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard illejla ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>