Ambjent Għawdex Lokali Parlament

Clint Camilleri ma kienx kapaċi jwieġeb dwar it-triq alternattiva fir-Rabat

Lanqas seta' jwieġeb dwar laqgħa pubblika tas-Sibt li ġej li kien għadu kif tkellem dwarha

Il-Ministru l-ġdid għal Għawdex, Clint Camilleri, ma kienx kapaċi jwieġeb fejn ġie ppubblikat l-avviż ta’ laqgħa pubblika li qal li se ssir nhar is-Sibt 8 ta’ Frar li ġej dwar it-triq alternattiva fir-Rabat, Għawdex, laqgħa li kien għadu kif tkellem dwarha ftit tas-sekondi qabel. Huwa lanqas kien jaf liema NGOs kienu mistiedna għal-laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika.

Camilleri kien qiegħed jrrefera mistoqsija parlamentari li poġġa l-kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Chris Said, dwar din it-triq, li qal li se tkun marbuta mal-proġett tat-triq ta’ Marsalforn. Huwa talab biex dawn il-mistoqsijiet dwar laqgħa li se ssir 3 ijiem oħra jsirulu bil-miktub.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa ukoll fejn se tibda din it-triq alternattiva, fejn se tgħaddu, tispiċċa u kemm se tittieħed art agrikola għaliha. Għal dawn il-mistoqsijiet, Clint Camilleri ma wieġeb xejn u talab biex isirulu kollha bil-miktub.