Internazzjonali

Donald Trump isalva mill-vot ta’ impeachment mis-Senat Amerikan

Maġġoranza assoluta tas-senaturi jsibu lill-President Amerikan mhux ħati

Kif kien mistenni, is-Senat Amerikan sab lill-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, mhux ħati li abbuża mill-poter u li fixkel il-ħidma tal-Kungress Amerikan.

Minn fost 100 senatur f’Capitol Hill fil-kapitali Amerikana, Washington D.C., 2 terzi minnhom kellhom isibu lil Trump ħati biex jitneħħa minn President Amerikan. Peress li l-Partit Repubblikan għandu maġġoranza fis-Senat, kien mistenni li Donald Trump isalva dan il-vot.

Kemm fl-ewwel artiklu tal-vot t’impeachment, 52 Senatur sabu lil Donald Trump mhux ħati għat-48 senatur li sabuh ħati. Fit-tieni artiklu mbagħad, kienu 53 senatur Amerikan li sabu lill-President Amerikan mhux ħati, għas-47 senatur li sabuh ħati.

B’hekk, Donald Trump ikompli jżomm postu fil-White House tal-anqas sal-elezzjoni li ġejja f’Novembru.