Lokali Parlament Turiżmu

Il-Gvern b’akkużi infondati fuq l-Oppożizzjoni dwar ruling li kien għadu ma ngħatax

Ir-ruling tal-iSpeaker ingħata nofs siegħa wara li ħarġet l-istqarrija tal-Gvern

Tkompli l-malizzja tal-Gvern Laburista hekk kif bagħat stqarrija uffiċċjali fit-3.35pm b’reazzjoni għal ruling tal-iSpeaker li kien għadu ma ngħatax.

Permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, il-Gvern akkuża lill-Oppożizzjoni li injora ruling tal-iSpeaker li ngħata fl-4.05pm, nofs siegħa wara li ħarġet l-istqarrija, dwar il-kuntratt ta’ konsulenza li l-Awtorità tat-Turiżmu tat lil eks-Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi

Dil-malizzja rrimarkaha l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet Parlamentari, David Agius, fil-Parlament u saħaq li l-Oppożizzjoni qatt ma setgħet tinjora dan ir-ruling la kien għadu ma ngħatax.