Il-Gvern Laburista għadu ssummat wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, is-Sibt li għadda żvela r-rapporti dwar il-bejgħ tat-3 sptarijiet tal-poplu lill-Vitals b’nefqa kapitali ta’ €180 miljun ewro.
Dan wara li la l-Prim Ministru, Robert Abela, la l-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, u wisq anqas il-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, ma kellhom ebda stqarrija ministerjali x’jagħmlu għall-mistoqsija tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia.
Dan dwar ir-rapport żvelat li juri nefqa tal-Gvern ta’ bejn €40 miljun u €50 miljun lill-Vitals u sussegwentament lil Steward Healthcare.
//= $special ?>