Lokali Parlament Turiżmu

Il-gvern jipprova jevita li l-PAC jiddiskuti l-kuntratt tal-MTA lil Konrad Mizzi

Il-gvern llum waranofsinhar se jagħmel tentattiv fil-parlament biex jevita milli l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) jiddibatti l-kuntratt ta’ konsulenza ta’ €80,000 li l-Awtorità tat-Turiżmu (MTA) tat lill-ex Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi wara li dan kien irriżenja mill-kariga.

Kien ilbieraħ filgħaxija qabel l-Aġġornament li l-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield talab ruling lill-Ispeaker Anġlu Farrugia fejn sostna li l-kuntratt m’għandux ikun diskuss minħabba li issa dan kien irtirtat u mgħadux fis-seħħ.

Il-PAC se jiltaqa’ fis-2.30 pm u fih hu mistenni li fil-bidu jinqara r-ruling tal-Ispeaker dwar jekk il-kuntratt għandux ikun diskuss.