Lokali Parlament Turiżmu

Il-kuntratt ta’ Konrad Mizzi għal quddiem l-Awditur Ġenerali

F’ruling li ta l-iSpeaker tal-Kamra, Anġlu Farrugia, b’rabta mal-kuntratt ta’ €80,000 fis-sena tal-eks Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi, mill-Awtorità tat-Turiżmu, huwa rrakkomanda lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi sabiex jirreferi l-każ lill-Awditur Ġenerali għall-investigazzjonijiet.

Malli r-rapport tal-Awditur Ġenerali jiġi ffinalizzat, dan il-kuntratt jiġi skrutinazzat minn dan il-kumitat parlamentari.

Ikkummenta