Il-General Workiers Union f’laqgħa li kellha mal-Prim Ministru Robert Abela esprimiet tħassib serju dwar diskrepanzi fil-pagi għal min ikun qed jagħmel l-istess xogħol. Dak magħruf bħala “equal pay for equal work”
Josef Bugeja, s-Segratarju Ġenerali tal-GWU qal li d-differenza fil-pagi huwa fenomenu li qed iweġġa’ lil ħafna nies, li qed iħossuhom abbużati u ddiskriminati.
Bugeja qal li hemm bżonn urġenti li din il-problema, li ilha s-snin tinħass, sa fl-aħħar tigi solvuta darba għal dejjem, mingħajr ma jitħallew modi kif min iħaddem jiżgiċċa mir-responsabbilitajiet tiegħu.
Il-GWU saħqet ukoll dwar il-bżonn li titħaddem sistema fejn it-tesserament f’Union isir obbligatorju għal kull ħaddiem. Dan sabiex ikun żgurat li kull ħaddiem ikollu l-interessi tiegħu imħarsa kif suppost.
Bugeja qal li fejn il-ħaddiema għandhom Union tħares l-interessi tagħhom, l-abbuż fuqhom huwa ferm anqas.
//= $special ?>