Internazzjonali

Turkija: Ajruplan tal-passiġġieri jiżgiċċa mill-mitjar waqt l-inżul, b’effetti devastanti

Ajruplan tal-passiġġieri żgiċċa mill-mitjar ftit wara l-inżul fl-ajruport ta’ Sabiha Gokcen, f’Istanbul —  u bir-riżultat li nqasam fi tliet biċċiet mal-impatt.

Ma miet ħadd fl-inċident meta l-ajruplan – ta’ Pegasus Airlines – kien qed iġorr 177 persuna u ekwipaġġ ta’ sitta.

Madankollu l-ewwel rapporti mis-sit tal-inċident irreferew għal numru ta’ passiġġieri midruba li, maż-żmien, kienu evakwati mill-fdalijiet tal-ajruplan u trasportati lejn l-eqreb sptarijiet taz-zona.

L-ajruplan, li kien qed jikkonkludi vjaġġ minn Izmir, anki spiċċa jieħu n-nar wara l-inżul, bl-iskwadri għall-emerġenzi ma jitilfux iż-żmien biex iwieġbu għall-periklu. L-awtoritajiet Torok qalu, wara, li l-inċident kien kollu dovut għal ‘inżul ( tal-ajruplan) problematiku’.