Internazzjonali Saħħa

CORONAVIRUS: Tarbija ta’ ftit jiem issir l-iżgħar pazjent tal-coronavirus

Il-mejta jitilgħu għal iktar minn 560 persuna

Tarbija Ċiniża ġiet djanjostikata bil-koronavirus 30 siegħa biss wara t-twelid, tagħha.

Il-tarbija twieldet fit-2 ta’ Frar fi sptar lokali f’Wuhan, l-epiċentru ta’ dan il-virus. L-Omm ittestjati pożittiv qabel hija welldet lit-tarbija. S’issa għadu mhuwiex ċar kif il-marda ġiet trasmessa. 

Dan il-virus diġà qatel iktar minn 560 persuna filwaqt li iktar minn 28,000 huma infettati bil-coronavirus.