Lokali

“Irridu naraw xi jfisser tassew il-PN” – Adrian Delia

"Il-PN huwa tan-nies"

“Wasal iż-żmien li niddeċiedu jekk il-PN hux il-partit tal-ftit, jew il-partit tan-nies. U jien se nibqa’ leali lejn in-nies, u mhux se nitradixxi lin-nies”.

Hekk stqarr il-Kap tal-PN tul il-programm speċjali ta’ NETLIVE il-Ħamis filgħaxija.

“Għalfejn qiegħed hemm il-PN? X’irridu? Jien għalfejn qiegħed hawn? Min qalli niġi fil-PN? Ta’ ftit nies? Tad-deputati? Tal-membri Parlamentari? Tiegħi?

Il-PN huwa ta’ dawk, li fl-istruttura insejħulhom il-Kunsilliera jew it-tesserata li jemmnu li l-PN huwa l-aqwa għodda ilhi tista’ tgħin u tkun ta’ servizz għal pajjiżna.”

Il-Kap tal-PN qal li li l-PN dejjem kien miftuħ għall-ideat ġodda. Huwa qal li l-PN irid jgħaddi għal darb’oħra minn perjodu fejn irridu niddeċiedu darba u għal dejjem ikunx partit ta’ nies jew tal-ftit.

Huwa qal li m’hemm l-ebda poter fil-Partit Nazzjonalista ħlief dak tan-nies.  

“Jien urejt rispett kbir lejn dawk li ma qablux, dawk li ma ridux jaċċettaw din ir-realtà. Pruvajt, insejħulu bride building, li nasal, iżda int tista’ tibni, tasal u tibni l-pont kollu, madankollu n-naħa l-oħra jrid ikun hemm rieda ta’ xi ħadd li jrid jasal ukoll, li jekk jien wettaqt mitt pass, hu jwettaq pass wieħed”.

Adrian Delia qal li l-ewwel interess tal-Partit għandu jkun il-pajjiż. Pajjiż li tilef in-normalità. Huwa qal li l-attitudni fi ħdan il-partit stess trid tinibidel.

Adrian Delia tenna li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ miftuħ għal kulħadd, se jibqa’ jaħdem biex jersaq aktar lejn in-nies.