Lokali

Jirriżenja l-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo

Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo ħabbar li se jkun qed jirriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Viċi Kap tal-PN.

“Nibqa’ leali lejn il-Partit” – Robert Arrigo

“Jiena leali lejn il-Partit li tant ħdimt fih u nħobb. Bi ħsiebi nkompli nagħti s-sehem tiegħi bħala deputat u fejn il-Partit ikollu bżonn.”

Iddikjara dan Robert Arrigo, li fi stqarrija kkonferma r-riżenja tiegħu u ddikjara l-intenzjoni tiegħu li jerġa’ jikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali li ġejjin fid-9 u l-10 Distrett biex inkompli inservi.

Robert Arrigo rringrazzja wkoll lil numru kbir ta’ volontiera li fl-aħħar snin għenuh f’kull attivita’ li organizza fil-ħidma tiegħu biex isaħħaħ il-finanzi tal-partit.