Kultura Lokali

Jitħabbru d-dettalji tal-Karnival ta’ din is-sena

Il-Ħamis tħabbru d-dettalji tal-Karnival ta’ Malta li se jsir bejn l-21 u l-25 ta’ Frar. Dawn id-dettalji ingħataw tul konferenza stampa li saret fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.

Il-kunċett u t-tema ta’ din is-sena huwa ispirat mill-fatti storiċi marbuta mal-oriġini tal-Karnival kif irrappreżentat mill-Gran Mastru Lascaris, ir-rabtiet mal-Belt Valletta inkorporati fil-Gran Mastru La Vallette, u simboli oħra relatati mal-Karnival, bħall-karta tal-logħob tar-Re li tibni fuq ir-rabta li r-Re tal- Karnival għandu ma’ dan l-avveniment annwali.

Din is-sena wkoll kien hemm l-involviment tal-istudenti li jagħmlu parti mid-Dipartiment tal-Arti Diġitali fl-Università ta’ Malta illi ħadmu fuq xogħol diġitali; xogħol li huwa kruċjali għall-festivals tal-preżent u l-futur.

Il-kelliema tul din il-konferenza qalu li l-Karnival f’Malta kull ma jmur, sena wara l-oħra, qed jkompli jżid fil-livelli, u kif ukoll fil-parteċipazzjoni ta’ aktar żgħażagħ.

Din is-sena se jkun hemm ukoll ċelebrazzjoni b’kostumi tradizzjonali tas-snin 80. Xi ħaġa ġdida wkoll li se jkun hemm dis-sena huwa party fi Pjazza Tritoni f’putirjal.