Lokali

Jitlaqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-PN

Il-Kap tal-PN Adrian Delia lbieraħ sejjaħ laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li saret fid-Dar Ċentrali tal-PN.

Minn 30 membru, kienu prezenti 25 għal din il-laqgħa. Kien hemm ħames membri assenti u skużati.

Fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari, fost materji oħra, ġiet diskussa is-sitwazzjoni politika preżenti fil-pajjiż, filwaqt li saret diskussjoni fit-tul dwar il-qagħda tal-PN fid-dawl tas-surveys tal-aħħar jiem. Dan kien konfermat minn Adrian Delia f’kummenti lill-ġurnalisti.

“B’mod kostruttiv, irridu nagħmlu eżami tal-kuxjenza oġġettiv fuq il-mod kif qed naħdmu”, qal Adrian Delia. “U l-bidliet li jridu jsiru mhux se jsiru minħabba survey.”

Id-diskussjoni fil-Grupp kienet waħda kalma u matura li fiha ħadu sehem 21 deputat.

Skont stqarrija minn numru ta’ deputati, il-Kap tal-Partit Nazzjonlista ħa nota ta’ dak li ntqal u assigura lill-Grupp illi huwa ser jiġi lura fil-Grupp biex jinformah bid-deċiżjoni tiegħu dwar dak li ntqal.