Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi f’inċident fiż-Żejtun

Mara ta’ 26 sena, residenti Marsaskala, sofriet ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku fiż-Żejtun. L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun .

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Citroen C4 Cactus misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti ż-Żurrieq u vettura tat-tip Toyota Hiace misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti ż-Żejtun. Kawża tal-impatt bejn iż-żewġ vetturi, intlaqtet vettura tal-għamla Fiat 500, misjuqa mill-mara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, waqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Tags