Lokali Qorti

Mixli li weġġa’ erba’ persuni meta tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu

Żagħżugħ ġie mixli fil-Qorti li weġġa erba’ persuni meta waqt li kien qed isuq b’mod traskurat tajjarhom bil-karozza u baqa’ dieħel fil-karozza tagħhom bl-addoċċ.

Justin Degabriele ta’ 21 sena minn Ħal Tarxien, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih fosthom li waqt li kien qed isuq b’mod perikoluż, karozza tat-tip Toyota weġġa’ gravament tnejn u tnejn oħra weġġagħhom ħafif.

Huwa ġie mixli wkoll li kien qed isur mingħajr liċenzja u polza tas-sigurtà nhar il-Ħamis 30 ta’ Jannar għall-ħabta tad-9.00pm f’Bormla. Quddiem il-Maġistrat

Caroline Farrugia Frendo, Degabriele wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih u ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €10,000.

Huwa kien ordnat ukoll li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal darbtejn fil-ġimgħa. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Eman Hayman filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia deheru għal Degabriele.