Lokali

AĠĠORNATA: Il-filmat ta’ TikTok kien “video antik li xerrduh bi tpattija”

Filmat li fl-aħħar sigħat beda jixtered fuq il-midja soċjali qajjem rabja hekk kif fih student jiftaħar fuq kif se jabbuża sesswalment mill-għalliema tiegħu. Mingħajr il-permess tagħha, l-istudent juri wkoll lill-għalliema, li b’hekk ġiet esposta għar-ridikolu fuq is-sit Tik Tok, li fuq kollox hu użat minn eluf ta’ tfal, anke taħt l-eta’.

Jidher li l-video huwa wieħed antik – kien ħareġ madwar 4 snin ilu – iżda reġa’ beda jdur online f’dawn l-aħħar ġranet.

Malli ħarġet l-istorja ta’ Net News, omm iż-żagħżugħ qaltilna li l-video beda jdur online għaliex xi ħadd tefgħu bi tpattija. Il-persuna nvoluta, fil-fatt, diġa’ jidher li irrapporta l-għassa tal-Belt.

Dan il-portal jinsab infurmat li l-video reġa’ beda jixxerred fuq l-internet fl-4 ta’ Frar, b’wiċċ iż-żagħżugħ jidher ċar.

Il-każ jinsab f’idejn il-Pulizija.