“Mark illum qed igawdi ‘l Alla”
Dan kien il-kliem li intqal fl-omelija tal-quddiesa hekk kif inghatat l-aħħar tislima lil Mark Camilleri,is-sewwieq tal-mutur ta’ 46 sena mill-Mellieħa li tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku li seħħ is-Sibt waranofsinhar fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun, ix-Xemxija.
Kienu ħafna li ħonqu l-knisja Kolleġġjata ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi, fejn fost l-oħrajn kien hemm mhux biss familjari ta’ Camilleri, iżda wkoll numru ta’ xufiera ta’ muturi li organizzaw bike ride mill-Kamra Mortwarja sal-Knisja ta’ San Ġorġ.
Iċ-ċelebrant qal li bħal kull ħaġa, il-ħajja tagħna hija vjaġġ ….u għalhekk ilkoll irridu nkunu lesti għall-ħajja ta’ dejjem. Huwa qal li fil-ħajja dejjem għandna nżommu t-tama u l-fidi.
Kienu ħafna fuq il-midja soċjali li malli kienu semgħu bit-traġedja ta’ Mark Camilleri urew is-sogħba tagħhom; u ħafna ddeskrivewh bħala bniedem ċajtier u li dejjem lest li jgħin lil kulħadd.

