Internazzjonali

Titħabbar il-mewt ta’ Kirk Douglas fl-età ta’ 103 snin

Fl-aħħat sigħat tħabbret il-mewt tal-leġġenda ta’ Hollywood Kirk Douglas.

Douglas, twieled fi New York, fejn tul il-karriera tiegħu ħadem aktar minn 90 film.

Films bħal ‘Spartacus’ u ‘The Vikings’ għamluh wieħed mill-akbar stilel f’dan il-qasam. Hu kien nominat għall-Oscar għall-aħjar attur fl-1959 għar-rwol tiegħu bħala l-boxer Midge Kelly f’Champion.

F’post fuq instagram, Michael Douglas kiteb: “Huwa mument ta’ swied il-qalb, hekk kif jien u ħija qed inħabbru li l-għażiż missierna ħalla din id-dinja fl-età ta’ 103 snin.”

Kirk Dougals kien leġġenda, attur mill-erà tal-films tad-deheb b’impenn umanitarju kbir għall-ġustizzja u l-kawżi li hu kien jemmen li jiffissaw standards għalina lkoll biex jaspirawna għall-ħajja.

Douglas se jħalli wirt fid-dinja tal-films u se jibqa’ mfakkar bħala filantropiku rinomat li ħadem għall-għajnuna tal-pubbliku sabiex iġib paċi fid-dinja. Ibnu, Michael Douglas jgħid li jinsab kburi immens li Kirk kien missieru.