Internazzjonali

KONFERMATA: Ir-riżultat uffiċjali f’Iowa juri vantaġġ żgħir għal Pete Buttigieg

Kien konfermat illi l-eks Sindku ta’ South Bend, Pete Buttigieg, ġab 26.2% tal-voti fl-elezzjoni preliminari illi saret f’Iowa din il-ġimgħa. Dan hekk kif fl-Amerika beda l-proċess biex id-Demokratiċi jagħżlu l-kandidat li se jisfida lil Donald Trump għat-tmexxija tal-White House.

Iżda l-vantaġġ ta’ Buttigieg hu wieħed żgħir ħafna; warajh hemm Bernie Sanders, illi żgur mhux se jċedi l-armi f’dan il-mument. Għalkemm is-suċċess tal-kandidat b’dixxendenza Maltija qed jitqies bħala riżultat mhux mistenni.

Is-Senatur Elizabeth Warren ġie it-tielet f’Iowa. U warajha ġie Joe Biden.

Issa l-vot li jmiss se jkun fi New Hampshire.