Internazzjonali Saħħa

L-ewwel Taljan li ttestja pożittiv għall-Coronavirus

Immaġni mil-laboratorju tal-Coronavirus

Wieħed mit-Taljan li nġieb lura miċ-Ċina fl-aħħar sigħat instab li huwa pożittiv meta saru t-testijiet għall-Coronavirus.

Ir-raġel ġie trasferit lejn l-istess sptar f’Ruma fejn hemm iż-żewġ turisti Ċiniżi li ilhom għal numru ta’ ġranet jiġu kkurati.

In-numru ta’ dawk li mietu minn din l-influwenza tela’ għal 636, filwaqt li fiċ-Ċina hemm aktar minn 31,000 każ rapportat.

Intant, qed tkompli tigrava s-sitwazzjoni abbord bastiment li bħalissa jinsab fi kwarantina ‘l barra mill-kosta Ġappuniża. B’kollox, huma 61 dawk pożittivi għall-Coronavirus.