Minkejja li John Paul Woods kien stqarr mal-Pulizija li kien hu li lura fl-2008 kien qatel u qatta’ biċċiet lil Charlene Farrugia, sa llum il-Pulizija għad m’għandhiex provi biżżejjed ta’ dan.
Uffiċjali tal-Pulizija għadhom għaddejjin b’invetsigazzjonijiet li jmorru lura għal Novembru tal-2008, meta Charlene Farrugia, li kellha 25 sena, kienet ġiet irrappurtata nieqsa, u baqgħet ma nstabitx.
Kien biss ħdax-il sena wara, fl-2019, li partijiet minn ġisimha nstabu moħbijin fil-ħitan ta’ xelter fil-Belt Valletta, wara li Woods indika l-post lill- Pulizija.
Madankollu, kelliem għal Pulizija qal li minkejja li John Paul Woods kien qalilhom li kien hu li kien qatel lil Farrugia, huma għad m’għandhomx biżżejjed evidenza biex iressquh dwar dan il-każ. Dan ġie żvelat illum mill-gurnal Times of Malta.
Fl-istqarrija tiegħu lill-Pulizija, Woods kien qal li kien hu li qatel u qatta’ biċċiet lil Farrugia qabel ħbiha fix-xelter. Il-biċċiet tas-saqajn u tar-ras li nstabu fix-xelter kienu ttieħdu f’laboratorju għal testijiet tad-DNA biex ikun żgurat li kienu tal-vittma.
Woods kien għamel l-isqarrija lill-Pulizija s-sena li ghaddiet wara li nqabad iwettaq hold up fil-Gżira. Hu weħel 7 snin ħabs fuq dak il-każ filwaqt li għandu każi oħra pendenti.
//= $special ?>