Roma sofrew it-tieni telfa konsekuttiva meta sfaw megħluba f’darhom minn Bologna 3-2. Din ir-rebħa għat-tim ta’ Sinisa Mihajlovic fissret li momentarjament telgħu fis-sitt post.
RICCARDO ORSOLINI fetaħ l-iskor fis-16-il minuta b’konklużjoni mill-viċin iżda awto-gowl ta’ Stefano Denswil ġab id-draw għal Roma sitt minuti wara. Bologna reġgħu marru fil-vantaġġ fis-26 minuta b’xutt ta’ MUSA BARROW li ġie mxellef u għeleb lil Pau Lopez.
L-istess MUSA BARROW poġġa lil Bologna 3-1 minn fuq fil-51 minuta b’azzjoni personali. HENRIKH MKHITARYAN naqqas id-distakk fit-72 minuta b’daqqa ta’ ras iżda l-isforzi finali ma kinux biżżejjed, bil-midfielder ta’ Roma Bryan Cristante jitkeċċa fit-80 minuta.
//= $special ?>