Lokali

Feriti gravi wara li waqa’ mis-sellum f’Ħal Qormi

Ritratt: Martin Agius

Anzjan weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Qormi.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Belt Valletta għall-ħabta tas-6.15pm tal-Ġimgħa. L-anzjan għandu 62 sena u huwa residenti Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u permezz t’ambulanza l-vittma ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei biex jirċievi aktar kura.

Ikkummenta