Internazzjonali

FILMAT: Suldat Tajlandiż joqtol 12 u jweġġa’ 12 oħra fi sparatura qrib Bangkok

Traġedja qrib Bangkok, fit-Tajlandja, hekk kif suldat Tajlandiż fetaħ in-nar f’tempju tal-Buddisti u f’ċentru kummerċjali.

Ir-raġel, li għandu madwar 30 sena, ħarab mill-post bl-awtoritajiet li kienu qed jippruvaw jaslu għalih waqt li wissew lin-nies fl-inħawi biex jibqgħu ġewwa.

Waqt li mhux magħruf x’wassal għal dan l-att, ftit qabel il-ġest tiegħu fuq il-midja soċjali hu tella’ ritratt ta’ pistola u tliet settijiet ta’ bullets u kiteb: “Wasal il-ħin tal-eċitament.”