Rimonta fl-aħħar kwarta tat it-tielet telfa tal-kampjonat lil Juventus filwaqt li tellgħet lil Verona fis-sitt post. CRISTIANO RONALDO kien poġġa lil Juventus fil-vantaġġ fil-65 minuta b’xutt fil-baxx wara kontrattakk.
Verona ġabu d-draw fis-76 minuta b’FABIO BORINI jieħu vantaġġ minn żball ta’ Miralem Pjanic u għeleb lil Wojciech Szczesny minn pożizzjoni ftit angolata. Il-gowl tar-rebħa wasal fis-86 minuta meta r-referee Davide Massa ordna penalty b’konsultazzjoni mal-VAR wara li l-ballun ħabat ma’ id Leonardo Bonucci. Mill-11-il metru, is-sostitut GIAMPAOLO PAZZINI skorja l-gowl tar-rebħa.
Atalanta telgħu waħedhom fir-raba’ post wara li dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Fiorentina 2-1 fi Stadio Artemio Franchi. Kien FEDERICO CHIESA li fetaħ l-iskor fit-32 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa. Atalanta ġabu d-draw fid-49 minuta b’DUVAN ZAPATA jiskorja mill-kaxxa ż-żgħira biex RUSLAN MALINOVSKYI skorja l-gowl tar-rebħa fit-72 minuta b’konklużjoni fil-baxx minn barra l-kaxxa.
Ikomplu l-problemi ta’ Torino li sfaw megħluba 3-1 minn Sampdoria f’darhom. f’dak li kien id-debutt tal-kowċ Moreno Longo. SIMONE VERDI poġġa lil Torino minn fuq fil-55 minuta iżda GASTON RAMIREZ ġab id-draw fis-70 minuta bi free-kick preċiż. L-istess GASTON RAMIREZ poġġa lil Sampdoria minn fuq ħames minuti wara biex FABIO QUAGLIARELLA għalaq il-logħba b’penalty fid-79 minuta.
Serie A
Il-Ġimgħa: Roma v Bologna 2-3
Illum: Fiorentina v Atalanta 1-2, Torino v Sampdoria 1-3, Verona v Juventus 2-1
Għada: Spal v Sassuolo 12.30pm. Brescia v Udinese 3.00pm, Genoa v Cagliari 3.00pm, Napoli v Lecce 3.00pm, Parma v Lazio 3.00pm, Inter v Milan 8.45pm
//= $special ?>