Futbol Sport

Gudja United b’rebħa prezzjuża kontra Sliema Wanderers

(Ritratt: Trevor Sollars)

GUDJA U………….. 1

SLIEMA W……….. 0

Gudja: G. Zammit, J. Grioli, I. Gonzalez, J. Bondin, J. Bolanos, J. Farrugia, E. Bilbao Zarate, A. de Barros, A. Friggieri (J. Brincat 83’), R. Winchester (L. Cremona 90’), N. Rodrigues (G. Mensah 70’)

Sliema: J. Galea, J. Mintoff, J. Cruz Gill, K. Shaw, A. Oyama, M. Scerri, E. Agius, J. Cisotti, C. Calvo (M. Sansone 56’), A. Satariano (G. Duarte 67’), J.P. Farrugia (G. da Silva Ribeiro 46’)

Imwissija: A. Friggieri 36’, J. Grioli 48’, A. de Barros 91’ (G), J. Mintoff 85’, M. Scerri 89’ (S)

Skorja: R. Winchester 54’ (G)

Referee: Slobodan Petrovic

Assistenti Referees: Paul Apap, James Muscat

Il-mument Plejer tal-logħba: Arthur Oyama (Sliema Wanderers)

BOV Plejer tal-logħba: Renold Winchester (Gudja United)

Gudja United kisbu rebħa prezzjuża biex reġgħu saħħew it-tamiet li jistgħu jevitaw ir-relegazzjoni. It-tim ta’ Josef Mansueto kien ġej minn punt fl-aħħar erba’ logħbiet. Pass lura minn Sliema wara r-rebħa ftit sorpriża kontra Gżira United. Gudja kienu l-aktar tim kreattiv tul il-logħba u kienu l-aħjar tim.

Sliema setgħu marru minn fuq wara erba’ minuti b’ġest akrobatiku ta’ Alex Satariano jkun salvat tajjeb minn Glenn Zammit. Gudja wieġbu fid-19-il minuta b’xutt ta’ Edison Bilbao Zarate jgħaddi ftit barra. Zammit reġa’ spikka man-nofs siegħa logħob meta dawwar f’korner tentattiv ta’ Juri Cisotti wara kross ta’ Arthur Oyama. Gudja kienu viċin id-draw fid-39 minuta meta Renold Winchester daħal fil-kaxxa, bix-xutt ikun imxellef minn Juan Cruz Gill u ħabat mal-wieqfa.

Fit-tieni taqsima, Aidan Friggieri kellu xutt minn tarf il-kaxxa li għadda ftit barra, iżda l-gowl deċiżiv wasal fit-53 minuta. Anderson de Barros qassam lejn RENOLD WINCHESTER li spiċċa wiċċ imb wiċċ ma’ Jake Galea u skorja b’xutt fil-baxx. Erba’ minuti wara, is-sostitut Gilmar da Silva Ribeiro kellu xutt li għadda barra minn pożizzjoni tajba. Gudja bdew joperaw ftit aktar bil-kontrattakk iżda minkejja s-superjorità Sliema ftit kienu perikolużi. Lejn it-tmiem, Gudja setgħu għalqu l-logħba b’kontrakk li minnu x-xutt ta’ Llywelyn Cremona għadda ftit barra.