Internazzjonali

Ħames każi ġodda ta’ Coronavirus fi Franza

Il-Gvern Franċiż ħabbar li fil-pajjiż kienu konfermati ħames każi ġodda tal-Coronavirus.

Fost dawn il-każi ġodda hemm dak ta’ Ingliż li nstab pożittiv għall-Coronavirus wara li vvjaġġa lejn il-pajjiż minn Singapore, fejn qatta’ tlett ijiem.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tas-Saħħa Franċiża, Agnès Buzyn iddikjarat li r-raġel kien f’kuntatt regolari ma’ 11-il persuna oħra li lkoll qagħdu fl-istess residenza mal-wasla tagħhom fi Franza.

Mhux eskluż li l-erba’ każi l-oħra huma relatati hekk kif dawk kollha f’kuntatt mar-raġel ġew rikoverati biex isirulhom it-testijiet.