Sport Waterpolo

Il-logħbiet kollha tat-tielet edizzjoni tal-Enemed Cup

It-tielet edizzjoni tal-Enemed Cup se tibda s-Sibt 15 ta’ Frar u tintemm il-Ħadd 22 ta’ Marzu. Din il-kompetizzjoni sservi bħala preparazzjoni għall-Kampjonat tax-Xitwa u speċjalment għal dak mistenni li jsir fis-sajf. Għal din l-edizzjoni se jieħdu sehem sitt timijiet biss, b’Marsaxlokk, Valletta, Birżebbuġa, Otters u Ta’ Xbiex huma assenti. San Ġiljan rebħu ż-żewġ edizzjonijiet sa issa.

Dawn il-logħbiet jintlagħbu mingħajr plejers barranin u għalhekk tkun opportunità tajba għall-plejers Maltin speċjalment dawk żgħażagħ biex isibu aktar spazju fit-timijiet tagħhom. Aktar minn hekk, dawn il-logħbiet kompetittivi jservu biex il-kowċis jaraw xi plejers li jistgħu jżommu magħhom fl-iskwadra ewlenija u oħrajn li jkomplu s-sena b’self ma’ timijiet oħra.

Il-programm kollu ta’ logħob

Is-Sibt 15 ta’ Frar: San Ġiljan TUM Invest v Marsaskala Fish and Fish 3.00pm, Sliema Frank Salt v Sirens Greentube 4.15pm, Exiles Elia Caterers v Neptunes Leo Vegas 5.30pm

Il-Ħadd 23 ta’ Frar: Marsaskala Fish and Fish v Sirens Greentube 9.30am, Neptunes Leo Vegas v Sliema Frank Salt 10.45am, San Ġiljan TUM Invest v Exiles Elia Caterers 12.00pm

Is-Sibt 29 ta’ Frar: Sirens Greentube v Neptunes Leo Vegas 3.00pm, Exiles Elia Caterers v Marsaskala Fish and Fish 4.15pm, Sliema Frank Salt v San Ġiljan TUM Invest 5.30pm

Is-Sibt 7 ta’ Marzu: Marsaskala Fish and Fish v Neptunes Leo Vegas 3.00pm, San Ġiljan TUM Invest v Sirens Greentube 4.15pm, Exiles Elia Caterers v Sliema Frank Salt 5.30pm

Is-Sibt 14 ta’ Marzu: Sliema Frank Salt v Marsaskala Fish and Fish 3.00pm, Sirens Greentube v Exiles Elia Caterers 4.15pm, Neptunes Leo Vegas v San Ġiljan TUM Invest 5.30pm

Il-Ħamis 19 ta’ Marzu: Play-offs – l-ewwel klassifikat v ir-raba’ klassifikat 10.00am, it-tieni klassifikat v it-tielet klassifikat 11.15am

Il-Ħadd 22 ta’ Marzu: logħba għat-tielet u r-raba’ post 10.00am, finali 11.15am