Lokali

Imut espert Malti dwar pjanti lokali

Ġiet imħabbra l-mewt ta’ Malti li ddedika ħajtu jirriċerka u jiskopri pjanti lokali rari, Michael Briffa li miet fl-età ta’ 94 sena.

Briffa sar magħruf l-iktar fl-2017 meta ġie onorat f’Buonamico Award mill-Awtorità tal-Ippjanar u l-Ambjent (ERA), liema award kien l-ewwel wieħed li ngħata. Dan kien ingħata bħala ringrazzjament tal-ħidma ta’ Briffa biex jipproteġi l-wirt storiku naturali.

Matul ħajtu hu skopra diversi affarijiet dwar speċi Maltin, fosthom lokalitajiet ġodda għal speċi rari u l-iskoperti ta’ diversi speċi li kienu maħsuba li ġew estinti. L-iktar skoperta magħrufa tiegħu hi dik tat-tursin il-għul xewwieki, arbuxell li kien instab għall-ewwel darba fl-1985.

Il-maġġoranza tal-iskoperti ta’ Briffa jinsabu fil-ktieb ‘Red Data Book for the Maltese Islands’, filwaqt li numru mill-ispeċi jinsabu protetti bil-liġi.