Lokali

Jagħtu 1,789 siegħa leave lil min għandu bżonn

Matul l-2019, il-ħaddiema fl-Amministrazzjoni Pubblika tal-Uffiċċju tal-President akkumulaw bejniethom 1,789 siegħa mil-leave tagħhom sabiex jintużaw għal raġunijiet umanitarji, fosthom f’każi ta’ mard serju jew fit-tul.

Il-President George Vella radd ħajr lil dawn il-ħaddiema għall-ġest altruwist li għamlu u ħeġġeġ biex aktar ħaddiema jieħdu dan l-eżempju u jagħtu l-leave lil min huwa aktar fil-bżonn.

Apparti dan il-ġest, il-ħaddiema tal-Uffiċċju tal-President jagħtu l-impenn tagħhom lil Malta Community Chest Fund Foundation matul is-sena kollha b’ħidma wara l-ħin kif ukoll b’kontribut finanzjarju.