Internazzjonali Mużika

Jaqbad u jħalli l-palk. X’ġara lbieraħ waqt Sanremo?

Ħafna baqgħu bla kliem wara li f’Sanremo seħħet xi ħaġa li forsi qatt ma ġrat; kantant jaqbad u jħalli l-palk. Xi ħaġa li ħasdet lil dawk kollu preżenti fl-Ariston, u anke lid-direzzjoni tal-festival li bħal donnu laqnas kienu jafu x’qed jiġri – inkluż il-preżentaturi Amadeus u Fiorello.

Dan kollu seħħ fir-raba’ serata tal-festival meta Morgan kien qed ikanta flimkien ma’ Bugo l-kanzunetta ‘Sincero’.

Waqt l-esebizzjoni tagħhom, Morgan iddeċieda li jbiddel il-kliem tal-kanzunetta b’lirika li tattakka lil Bugo. B’dan tal-aħħar jidher iħalli l-palk kalm kalm…u ftit wara, l-orkestra waqfet kompletament.

Skont ir-regoli tal-festival, huma ġew skwalifikati.

Wara dan kollu, ix-show issokta b’mod normali, anzi, b’mod impekkabbli.

Fir-raba’ serata ħareġ rebbieħ il-kantan Diodato, filwaqt li Leo Gassmann kien ir-rebbieħ minn fost il-kantanti żgħażagħ.

Il-festival ta’ Sanremo jiġi fi tmiemu illejla.