Lokali

Missier Adrian Delia jirritorna d-dar

Il-Kap tal-PN Adrian Delia permezz ta’ post fuq Facebook ħabbar li missieru reġa’ rritorna lura lejn id-dar. Dan wara li għamel perjodu l-isptar jirċievi l-kura medika.

Adrian Delia ħa l-opportunità li jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu ħsiebu fl-isptar Mater Dei u kif ukoll lil dawk kollha li ħasbu fit-talb għall-missieru.

https://www.facebook.com/adriandeliapn/posts/2799585646746620

Adrian Delia qal li missieru ħareġ mill-isptar bi spirtu pożittiv u lest li jegħleb kull sfida li hemm quddiemu. Huwa qal li issa missieru mill-ġdid jinsab fil-ġnien li hu tant iħobb.