Rapport: Stewart Said
VALLETTA…………. 3
BALZAN……………… 1
Valletta: H. Bonello, E. Pena Beltre, S. Borg, R. Camilleri, J. Borg, N. Pulis, S. Malano (M. Alba 57’), S. Dimech, M. Piciollo (J. Barrios 65’), M. Fontanella (J. Zerafa 91’), B. Kaljevic
Balzan: K. Naumovski, I. Bozovic, N. Sljivic, M. Johnson, S. Arab, P. Fenech, S. Pisani, U. Ljubomirac, S. Dimic, A. Faria Machado (S. Adekoya 54’), A. Effiong D. Camilleri (72’)
Imwissija: K. Naumovski 31’, S. Pisani 37’, M. Johnson 64’ (B), E. Pena Beltre 34’ (V)
Tkeċċew: U. Ljubomirac 77’, K. Naumovski 78’ (B)
Skorjaw: M. Fontanella 32’ pen, 82’ pen, 90’ (V), I. Bozovic 45+2’ (B)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Alan Camilleri, Ivan Galea
Il-mument Plejer tal-logħba: Mario Fontanella (Valletta)
BOV Plejer tal-logħba: Mario Fontanella (Valletta)
Tripletta ta’ Mario Fontanella kompliet il-mument pożittiv ta’ Valletta. Għalkemm ir-rebħa kienet meritata, Valletta marru fil-vantaġġ kwarta mit-tmiem f’azzjoni li wasslet għal protesti mill-plejers ta’ Balzan.
Valletta ħolqu l-ewwel azzjoni wara disa’ minuti b’xutt b’saħħtu ta’ Bojan Kaljevic ikun salvat minn Kristijan Naumovski. Balzan wieġbu ħames minuti wara b’xutt ta’ Paul Fenech li għadda ftit barra. Kaljevic kellu okkażjoni oħra fit-18-il minuta iżda xeħet għoli mill-viċin wara korner ta’ Nicholas Pulis. Tliet minuti wara fuq in-naħa l-oħra, ħarba tajba ta’ Artur Faria Machado li fetaħ tajjeb fuq il-lemin lejn Alfred Effiong, iżda x-xutt tiegħu ġie salvat minn saqajn Henry Bonello.
Valletta marru fil-vantaġġ fit-32 minuta meta ngħataw penalty għal daħla fil-kaxxa tal-gowlkiper Naumovski fuq Steve Borg. Mill-11-il metru MARIO FONTANELLA skorja b’xutt fil-baxx. Balzan irnexxielhom isibu l-gowl tad-draw eżatt qabel il-mistrieħ, b’korner ta’ Steve Pisani jsib lil IVAN BOZOVIC li għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras għar-rokna għeleb lil Bonello.
Valletta żiedu l-isforzi tagħhom fit-tieni taqsima iżda fallew diversi okkażjonijiet. Fil-50 minuta xutt ta’ Bojan Kaljevic ġie mdawwar f’korner minn Naumovski. Disa’ minuti wara l-istess plejer prova b’xutt mid-distanza li spiċċa barra wara żball ta’ Naumovski. Mario Fontanella ta l-illużjoni tal-gowl fit-63 minuta meta rċieva kross ta’ Miguel Alba, iżda falla l-mira bi ftit. It-Taljan falla okkażjoni oħra tad-deheb meta xeħet għoli minn qagħda tajba wara kross ta’ Kaljevic.
Kwarta mit-tmiem, seħħ il-mument deċiżiv tal-logħba. Mario Fontanella rċieva ballun fit-tul u twaqqa’ minn Naumovski ftit metri bogħod mil-lasta. Ir-referee Philip Farrugia ordna t-tieni penalty għal Valletta fost protesti mill-plejers ta’ Balzan. Uros Ljubomirac tkeċċa mir-referee probabbilment għal protesti filwaqt li Naumovski ntwera t-tieni karta safra kawża tal-fawl. Il-gowlkiper sostitut Sean Mintoff daħal flok Stefan Dimic. Mill-penalty MARIO FONTANELLA bidel id-direzzjoni tax-xutt u skorja l-gowl tal-vantaġġ.
Minkejja li b’żewġ plejers anqas, Balzan kienu għoddhom ġabu d-draw fid-89 minuta b’xutt insidjuż tas-sostitut Shinobu Adekoya li għadda millimetri barra. Iżda minuta wara Valletta għalqu l-logħba b’azzjoni fuq ix-xellug tas-sostitut Jhony Barrios li tefa’ kross lejn MARIO FONTANELLA li għaqqad it-tripletta b’konklużjoni mill-ewwel.
//= $special ?>