Internazzjonali Mużika

Diodato jirbaħ Sanremo 2020

Diodato bis-silta ‘Fai Rumore’ huwa r-rebbieħ tas-70 edizzjoni tal-Festival ta’ Sanremo. Festival tant rinomat ma’ diversi Maltin. Għalhekk huwa se jkun qed jirrappreżenta lill-Italja fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej f’Rotterdam.

Huwa rebaħ ukoll il-premju tal-kritika ‘Mia Martini’ kif ukoll il-premju tal-Istampa ‘Lucio Dalla’.

Francesco Diodato li għandu 38 sena, wara l-ewwel erbat ijiem tal-festival kien diġà jinsab fil-quċċata fejn finalment għeleb l-isfida ma’ Francesco Gabbani bis-silta ‘Viceversa’.

Sanremo ta’ din is-sena rreġistra rekord ġdid fejn kellu udejnza ta’ iktar minn 11-il miljun telespettatur.