Sport

It-tim nazzjonali tal-waterpolo u l-judo fis-16-il programm Sport Extra

Illum fil-4.50pm fuq Net Television jixxandar is-16-il programm Sport Extra. L-ewwel parti tal-programm hi dedikata għall-analiżi dwar dak li wettaq it-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo fit-tielet dehra konsekuttiva fil-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew f’Budapest. Mistieden fil-programm, il-kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo.

Fit-tieni parti tal-programm, it-tema prinċipali hi l-judo. Flimkien mal-President tal-Federazzjoni Maltija tal-Judo Envic Galea, miegħu se jkun diskuss il-progress li twettaq f’dawn l-aħħar 50 sena mit-twaqqif tal-federazzjoni u l-miri għal futur immedjat tal-istess sport.

Sport Extra għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’filmati minn Joe Sultana u Joe Francalanza u muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri.