Lokali

Jitħassru diversi titjiriet minħabba l-maltemp

Kawża tal-maltemp li qed jaħkem lir-Renju unit, l-Air Malta ħassret tmien titjiriet li kienu skedati għal-lum bejn Malta u Londra.

Dawn huma t-titjiriet li ġew kanċellati:

KM100 minn Malta għal London Heathrow – KM101 minn London Heathrow għal Malta

KM116 minn Malta għal London Gatwick – KM117 minn London Gatwick għal Malta

KM102 minn Malta għal London Heathrow – KM103 minn London Heathrow għal Malta

KM118 minn Malta għal London Gatwick – KM119 minn London Gatwick għal Malta.

Sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent l-Air Malta qed toffri titjira addizzjonali lejn Gatwick għada.

Diversi linji tal-ajru oħra wkoll ħassru t-titjiriet li kellhom skedati lejn ir-Renju Unit. Dan filwaqt li numru ta’ servizzi tal-ferrovija jinsabu sospiżi wkoll temporanjament.

Il-maltempata mlaqqma ‘Ciara’ qed tkun karatterizzata minn xita, silġ u rjiħat li jlaħħqu il-130 kilometru fis-siegħa.